Direttorat Parroċċi


Nkunu ta' sostenn
sabiex il-parroċċi tagħna
jilħqu l-miri pastorali tagħhom

X'Noffru

X'Noffru


Taħriġ

Nikkoordinaw sessjonijiet ta’ taħriġ għall-operaturi pastorali f’diversi oqsma relatati mal-ministeri parrokkjali. Nassiguraw il-kwalità’ tat-taħriġ filwaqt li nnaqqsu l-piż organizzattiv minn fuq il-parroċċa.

Komunikazzjoni

Min jirreġistra mas-sit se jkun qed jirċievi informazzjoni relevanti mal-ministeru li jaqdi. Namministraw paġna fuq Facebook fejn l-operaturi pastorali parrokkjali jkunu jistgħu jaqsmu esperjenzi u idejat bejniethom.

Linji Gwida

Flimkien ma diversi entitajiet djoċesani naraw li jiġu aġġornati l-linji gwida għad-diversi ministeri biex hekk l-operaturi pastorali jkunu jafu aħjar x’inhu mistenni minnhom.

Konsultazzjoni

Bħalissa qed nagħqdu tim ta’ professjonisti u esperti biex, fuq rikjesta tal-Arċipriet/ Kappillan jagħtu suġġerimenti fuq aspetti partikolari tal-pastorali fil-parroċċa.

Min Aħna

Min Aħna


Id-Direttorat Parroċċi hu parti
mill-Vigarjat Episkopali għall-Kleru u l-Parroċċi.
Il-membri tal-Vigarjat li jaħdmu fil-qasam tal-Parroċċi huma:

Mons. Frans Abdilla
Vigarju Episkopali Kleru u Parroċċi
Rev. Dr. André Zaffarese
Direttur għad-Direttorat Parroċċi
Michelle Meli
Segretarja

It-tim tad-direttorat huwa magħmul
minn diversi persuni ġejjin minn setturi differenti.

Audreyann Bonnici
Brenda Cassar
Anne Marie Farrugia
Juanita Gatt
Antonello Gauci
Michele La Ferla
Irreġistra Magħna

Ikkuntattjana


Aħna qiegħdin hawn għas-servizz tal-komunita parrokkjali li tagħmel parti minnha. Ħossok liberu li tagħmel kuntatt magħna billi tuża wieħed minn dawn:

+356 25906506

Direttorat Parroċċi
Arċidjoċesi ta' Malta
P.O. Box 1
Floriana, FRN 1520
Malta


Għandna ukoll l-links għal siti oħra utli fi ħdan id-Djoċesi: